Skip to main content
EU Aquaculture Assistance Mechanism

19. L-akkwakultura qed tiżviluppa aktar malajr fl-Ewropa (UE-27) jew barra mill-Ewropa?

Meta mqabbla mat-tkabbir tal-akkwakultura fil-livell dinji, il-produzzjoni tal-UE kienet kważi staġnata.

Ir-rata ta’ tkabbir tal-akkwakultura tal-ħut fl-UE-27 mill-2000 kienet eċċezzjonalment baxxa, bl-akkwakultura tal-ħut tikber b’ 1.1 % fis-sena (tkabbir medju annwali) u l-ispeċijiet tal-molluski għal 2.8 %. Jekk in-Norveġja u t-Turkija jiġu inklużi, l-ammont totali jiżdied għal 4 %. Fil-livell globali, it-tkabbir medju annwali tal-akkwakultura tal-ħut huwa ta’ 4.3 %. (FAO, 2022, https://www.fao.org/fishery/en/topic/166235).