L-akkwakultura ta’ preċiżjoni hija approċċ teknoloġikament sofistikat fis-settur tal-akkwakultura li għandu l-għan li jinkorpora għodod u metodoloġiji avvanzati biex tingħata spinta lill-awtonomija tal-monitoraġġ kemm tal-varjabbli bijotiċi kif ukoll dawk abijotiċi fil-faċilitajiet, filwaqt li titrawwem ġestjoni aktar effiċjenti tal-azjendi agrikoli. L-objettiv huwa li jogħlew l-istandards tal-benessri tal-annimali, jittaffew l-impatti ambjentali u tissaħħaħ il-vijabbiltà ekonomika tal-faċilitajiet tal-akkwakultura. L-akkwakultura ta’ preċiżjoni għandha l-għan li tagħti s-setgħa lill-produtturi biex jimmonitorjaw b’mod aktar effiċjenti u jiddokumentaw il-proċessi bijoloġiċi inerenti għall-faċilitajiet tagħhom u hija kkaratterizzata mill-integrazzjoni ta’ teknoloġiji tas-sensuri avvanzati, metodoloġiji tal-analiżi statistika, u teknoloġiji sofistikati tal-intelliġenza artifiċjali (IA).