Skip to main content
EU Aquaculture Assistance Mechanism

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali li jistabbilixxi Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali

Description

Din il-proposta tirrevedi r-Regolament (KE) Nru 166/20061 li jistabbilixxi r-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti (PRTR Ewropew), bħala r-reġistru madwar l-Ewropa kollha li jipprovdi aċċess pubbliku għal data ambjentali ewlenija minn faċilitajiet industrijali li jinsabu fl-UE, fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja. Il-PRTR Ewropew fih data rrappurtata kull sena minn madwar 30,000 faċilità industrijali li jkopru 65 attività ekonomika madwar l-UE. Kull sena, l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni rapport li jkun fih id-data sottomessa mill-operaturi tal-faċilitajiet industrijali dwar ir-rilaxxi u t-trasferimenti ta’ kull faċilità. Imbagħad id-data tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni fuq sit web pubbliku, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Details

Original Author(s)
European Commission
Topic(s)
Il-prestazzjoni ambjentali, Qafas Regolatorju u Amministrattiv, Data u Monitoraġġ
Geographical Coverage
European
Date
May 2022
Source