Fl-2020, il-produzzjoni tal-akkwakultura tal-UE laħqet total ta’ 1.2 miljun tunnellata, b’valur ta’ EUR 3.9 biljun. Dak iż-żmien, l-ispeċijiet ewlenin tal-akkwakultura prodotti kienu l-maskli tal-baħar (19 % tal-produzzjoni totali tal-UE), it-trota qawsalla (17 %), il-maskli blu (11 %), il-gajdri kkuppati fil-Paċifiku (9 %), il-paġella ħamra (8 %), il-maskli tal-Mediterran (7 %), l-ispnotta Ewropea (7 %), il-karpjun komuni (7 %) u t-tonn tal-Atlantiku (3 %). Dawn id-disa’ speċijiet jammontaw għal 87 % tal-produzzjoni totali tal-akkwakultura tal-UE fil-piż (STECF 22–17-EU).