Skip to main content
EU Aquaculture Assistance Mechanism

14. X’inhuma l-vantaġġi kompetittivi tal-akkwakultura tal-UE?

Il-prodotti tal-akkwakultura tal-UE jiġu prodotti skont standards ta’ kwalità għolja u ta’ sostenibbiltà minħabba li hemm korp kbir ta’ leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ li jkopri kwistjonijiet differenti li l-produtturi tal-akkwakultura jridu jikkonformaw magħhom (eż. leġiżlazzjoni dwar is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali, is-sikurezza tal-ikel, is-sikurezza tal-għalf, it-trattamenti veterinarji, il-kwalità tal-ilma, il-leġiżlazzjoni dwar l-introduzzjoni ta’ speċijiet mhux nattivi jew li ma jinstabux lokalment, eċċ.).