L-għalf għall-ħut imrobbi jrid jinkorpora livelli importanti (35 — -50 %) ta’ proteini diġestibbli ħafna u enerġija għolja permezz ta’ xaħmijiet ta’ kwalità għolja, biex jinżammu l-attività u t-tkabbir tagħhom. Il-materja prima disponibbli għall-manifattura ta’ dan l-akwafeat ġejja minn tliet oriġini ewlenin:
(I) Prodotti sekondarji veġetali mill-qamħ, mis-sojja u mill-qamħirrum.
(II) Is-smida tal-ħut u ż-żejt mill-ħut u l-krustaċji tal-baħar għalkemm is-sehem tagħhom fl-għalf qed jonqos.
(III) F’xi każijiet, anki prodotti sekondarji mis-settur tal-produzzjoni tal-annimali terrestri, li huma nutrittivi ħafna.
Illum il-ġurnata, qed jiġu promossi sistemi ta’ għalf sostenibbli, li jillimitaw id-dipendenza fuq il-ħut mitħun u ż-żejt tal-ħut minn stokkijiet selvaġġi għall-produzzjoni tal-ikel, pereżempju, l-inkoraġġiment tal-użu ta’ ingredjenti alternattivi ta’ proteini, bħall-alka jew l-insetti, jew skart minn industriji oħra. Dan huwa rifless ukoll fil-Linji Gwida strateġiċi għal akkwakultura tal-UE aktar sostenibbli u kompetittiva għall-perjodu mill-2021 sal-2030.