Skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A32018R0848), il-produzzjoni organika hija sistema ġenerali ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli u produzzjoni tal-ikel li tikkombina l-aħjar prattiki ta’ azzjoni ambjentali u klimatika, livell għoli ta’ bijodiversità, il-preservazzjoni tar-riżorsi naturali u l-applikazzjoni ta’ standards għoljin ta’ benessri tal-annimali u standards għoljin ta’ produzzjoni f’konformità mad-domanda ta’ għadd dejjem jikber ta’ konsumaturi għal prodotti prodotti bl-użu ta’ sustanzi u proċessi naturali. Dan ir-Regolament flimkien ma’ ċerti atti sekondarji rilevanti, jipprevedi regoli dettaljati tal-produzzjoni għall-akkwakultura organika li jinkludu rekwiżiti ambjentali, rispett ta’ perjodu għall-konverżjoni fi produzzjoni organika, nutrizzjoni, benessri tal-annimali, kura tas-saħħa u rekwiżiti tat-trobbija b’densitajiet massimi dettaljati ta’ stokkjar għall-ispeċijiet u limitazzjonijiet stretti fuq l-użu ta’ input estern, fost l-oħrajn dwar it-trattamenti veterinarji.
Sabiex ikunu jistgħu jużaw il-logo organiku tal-UE u jsemmu “organiku” fuq it-tikketti tal-prodotti tagħhom, l-operaturi organiċi jridu jiġu ċċertifikati minn korp ta’ kontroll approvat mill-awtoritajiet kompetenti li jiċċertifikaw li l-attività tagħhom titwettaq f’konformità mar-regolament organiku tal-UE.
Aktar informazzjoni dwar is-sistema taċ-ċertifikazzjoni organika tal-UE u l-infurzar tagħha hija disponibbli fuq il-paġna web tal-Kummissjoni li ġejja:
Il-biedja organika (https://agriculture.ec.europa.eu/farming/organic-farming_en). Barra minn hekk, dokument tal-FAQ dwar id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-produzzjonijiet organiċi, inkluż kapitolu dwar l-akkwakultura organika, huwa disponibbli hawnhekk: https://agriculture.ec.europa.eu/system/files/2022-09/organic-rules-faq….