Għalkemm fit-teorija l-ispeċijiet kollha tal-ħut jistgħu jintużaw għat-trobbija tal-akkwakultura, ftit minnhom biss (madwar 10) bħalissa huma parti importanti mill-produzzjoni tal-akkwakultura tal-UE. B’mod partikolari, jitrabbew dawk l-ispeċijiet li l-bijoloġija tagħhom hija magħrufa sew u li r-riproduzzjoni tagħhom fil-magħluq hija possibbli. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jkun hemm domanda tas-suq għal dawn l-ispeċijiet u prezz tas-suq li jippermetti li l-produzzjoni tkun profittabbli.